Il-preżentatur ta' Serataron Ronald Briffa għamel kollegament LIVE minn fuq il-paġna ta' Facebook fejn wera dak li kien qed jiġri waqt il-preparamenti għall-programm t'għada.

Ron isemmi xi ħaġa ġdida li ħa narawha tintuża għada waqt waħda mil-logħbiet li ser ikun hemm. "Qed nippruvaw din il-biċċa xogħol li għandi f'idejja, u se nżanżnuha għada u rridu naraw jekk taħdimx". Fost il-mistednin li ħa naraw se jkun hemm Eric Grech, Gianluca Bezzina, Sandra, Simon Curmi u ħafna oħrajn.

Ara daqsxejn x'intqal.


Kyle Zarb