Minn kliem Joseph Armani, il-wirja mill-aqwa li ta lbieraħ waqt il-Beerfest, jidher li probabbli kienet l-aħħar waħda tiegħu bħala DJ. Ir-rispons m'għandnix xi ngħidu, kien wieħed stupend, b'folla nies jaqbżu u jiddevertu mal-mużika tiegħu. Tista' tara parti minnha HAWN

Jumejn ilu ġie żvelat li Joseph ħa jkun qed jieqaf mill-karriera sabiħa li kellu ta' DJ. Joseph żvela dan mal-preżentaturi, Jonathan Abel, Martina u JD Patrick wara li għamlu kuntatt mad-DJ lokali.

Joseph Armani qal li kien ilu jaħsibha din id-deċiżjoni. Madwar sentejn ilu kienet ġriet ix-xniegħa li ħa jieqaf, ix-xniegħa bdiet għax kien ġa qed jaħseb biex jagħmel din l-għażla iżda ddeċieda li jibqa' għaddej għal ftit ieħor.

Waqt li kien live b'kollegament telefoniku, Armani qal li llum il-ġurnata qed jiddedika 75% tal-ħin tiegħu lil ibnu Denzel Jo li qed isegwi fuq il-passi ta' missieru. Joseph Armani qal li issa wasal iż-żmien li jiffoka fuq ibnu mija fil-mija, ħa jkompli jarah jikber u jifjorixxi.

Aħna f'isem Gwida.mt, ngħidu Grazzi u Prosit kbira lil Joseph! Mill-ġdid nawguraw lil ibnu Denzel Jo Armani l-ikbar suċċess, ċertament li bil-gwida u l-parriera siewja ta' missieru jista' jimxi ferm 'il quddiem.

Facebook/ Joseph Armani


Kyle Zarb