Ħames snin ilu, it-tim ta' Xarabank kienu għamlu ċajta fuq il-kantanta lokali Amber. Ċajta kemxejn goffa li kienet werwret lill-kantanta waħda sew. Fuq il-midja soċjali l-kantanta kitbet, "Qatt ma naf li bżajt daqshekk f'ħajti."

<p< Hi qasmet din iċ-ċajta fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, sabiex tfakkar il-ġurnata tal-1 ta' April. Ngħiduha kif inhi mhux l-ewwel darba li xi ħadd spiċċa fil-mira ta' xi ċajta jew oħra speċjalment f'dan il-jum.

Imma din ta' Amber kienet naqra kiefra mhux ħażin. Kieku int kont fil-pożizzjoni tagħha kif kont tirreaġixxi? Jekk taf lil xi ħadd li jibża' imma fl-istess ħin kuraġġuż biżżejjed jara l-filmat, naħseb dan l-artiklu jgħodd għalih!

Xarabank


Emil Calleja Bayliss