Taryn kienet il-mistiedna ta' Ryan fuq Sibtek u bħala sopriża Ryan kellu filmat b'messaġġ qasir mingħand il-maħbub ta' Taryn, Nick. Taryn kienet sorpriża ferm u qalet kemm Nick jieħu paċenzja kbira biha.

Waħda mill-mistoqsijiet mill-panel ġiet mingħand Joanne, fejn staqsiet lil Taryn jekk taħsibx li issa sabitx l-imħabba. Bl-aktar mod onest Taryn wieġbet: "Jien qatt ma kont ngħidha din u Nick huwa l-ewwel persuna li iwa ngħid sibt l-imħabba ta’ ħajti. Qatt m’għidtha... imma he’s the one. Tkun taf meta he’s the one.”

Aħna f'isem Gwida nawguraw lil Taryn u lil għarus tagħha l-isbaħ xewqat f'din ir-relazzjoni. Taryn kellha biss kliem ta' tifħir għal Nick u saħqet dwar l-importanza tas-sapport li jagħtiha f'kulma ma tagħmel.


Emil Calleja Bayliss