Clara titkellem ma' Ryan dwar ir-relazzjoni tagħha ma' Gordon u l-esperjenza tagħha taż-żgħożija fejn tistqarr li għaddiet minn żmien kemxejn diffiċli. Clara tistqarr li ommha għamlet madwar għaxar snin marida bi problemi ta' saħħa mentali.

Hi tistqarr li kien żmien tassew diffiċli għaliha għax minn banda xtaqet tirribella ta' żagħżugħa li hi u mill-banda kellha tieħu ftit responsabbilità. Clara tgħid li kien hemm żmien fejn ommha anqas kienet toqgħod id-dar u daħlet in-nanna tgħinhom ukoll.

Kif jgħidu iżda, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u llum. "Clara tgħid m'għandekx tistenna jew tippretendi imma [l-ħajja] xi darba titbissimlek." Clara tgħid li mhux sitwazzjoni faċli u tistqarr li lil dawk kollha li għaddejjin minn xi problemi hekk fil-familja, jissapportjaw kemm jistgħu lill-ġenituri.

Clara tistqarr li hi kienet tiġi mgħajra dwar dan il-fatt. Hi tgħaddi messaġġ li jekk xi ħadd jgħajrek biex ma tagħtix kasu. Segwu l-intervista tagħha fuq Sibtek hawn taħt!

YouTube / Sibtek


Emil Calleja Bayliss