Is-sibt li għadda, Ryan ta’ Sibtek laqqana ma’ Maxine. Lil Maxine fakkaraha fuq il-mumenti tal-junior eurovision sa ma kibret. Tajjeb li ngħidu li l-aħħar filmat mużikali ta’ Maxine ħareġ f’ Diċembru tal-2018. Jekk tisma’ sew l-ewwel għaxar sekondi għandek tisma’ lil omm Maxine.

“Ommi fl-aħħar ġimgħatejn kienet tibgħat ħafna voice messages liz-zijiet u huma stess kienu jgħidulha, ‘ibgħatilna l-voice messages, ħalli nismigħu naqra leħnek’ u konna żammejniehom ovvjament tal-aħħar xahar” – Maxine

Minn dawn il-messaġġi Maxine iffurmat il-kanzunetta tagħha Thunder li hi l-kanzunetta ddedikata lil omm Maxine. B’Maxine tistqarr li... “Kont nsibha diffiċli ħafna nitkellem fuq din is-sitwazzjoni”. Il-Kanzunetta Thunder għenet lil Maxine toħroġ l-emozzjonijiet kolha li kienet qed iżżomm ġewwa fiha.

Isma’ l-kanzunetta hawn:

Ryan ifakkar li omm Maxine ġiet Sibtek ħafna drabi u kienet ħabiba kbira tiegħu. “Żgur li qatt mhu ħa ninsewha u nsellu għall-memorja tagħha”.

Aħbar interessanti għas-segwaċi ta’ Maxine hi li dalwaqt ser tniedi album tagħha li skont hi ... “ħa ħafna aktar ħin milli ħsibna”. Aħna nawguraw lil din il-kantanta żagħżugħa aktar suċċess fil-karriera tagħha.


Anthony Baldacchino