Il-kantant Matt Mercieca, magħruf bħala l-Muxu, qiegħed idur id-dinja ma’ Ommu. Bħalissa jinsabu l-Kambodja u fuq il-profil ta’ Instagram tiegħu, Muxu fakkar it-trawma li kellhom jgħaddu minnha hu u l-familja tiegħu.

“Tliet snin ilu meta kont ġo dan l-istess post fil-Kambodja, irċivejt telefonata mingħand oħti u ommi li ommi kellha kanċer u li kellha tidħol għal operazzjoni immedjatament.”

View this post on Instagram

So I don’t know if a lot of you know the full story, but three years ago when I was in this exact place in Cambodia On my 10 month trip I received a phone call from my sister and mum saying how my mum was diagnosed with cancer and had to do a surgery immediately but my mum didn’t want me to come back as she felt she was going to ruin my dream trip. But an hour later I was at the airport on my way home to Malta and met her at her hospital appointment the morning after. When we where planing this trip my mum told me she would like to go to Cambodia to change my memory as I always spoke about it in it was an amazing country but that’s where I got the news, so she said let’s change your last memory, so to be back here with her has to be one of the most incredible blessings I have ever been blessed with. Cambodia you are magical and now my last memory will be one of full redemption with my strong warrior mother 🙏🏼❤️ 🇰🇭 #cancersurvivor #cambodia #phnompenh

A post shared by Muxu (@muxumusic) on

Jgħid li għalkemm ommu ma riditux jiġi lura Malta, sa siegħa wara kien diġà qiegħed l-ajruport. Omm Muxu fieqet mill-marda tagħha u ddeċidew li jduru d-dinja flimkien.

“Meta konna qed nippjanaw dan il-vjaġġ, ommi qaltli li xtaqet tmur il-Kambodja biex inbiddel il-memorja tiegħi, għax hawnhekk kont irċivejt l-aħbar ħażina.”

Fil-filmat tagħhom ġewwa l-Kambodja, il-Muxu juri lil ommu tibki bil-ferħ li għadha ħajja. Hi irringrazzjat l’Alla u għannqet lil binha.

Instagram/@muxumusic


Nicole Barbara