Seba' snin ilu, Jade Cini rebħet it-titlu prestiġġjuż ta' Miss Malta. Aktar kmieni llum, il-mudella qasmet il-filmat tal-mument li fih ġiet imħabbra bħala r-rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Jade tistqarr li kull darba li tara dan il-filmat, terġa' tgħix mill-ġdid dak il-mument mill-isbaħ.

Ċertament li jgħaddi kemm jgħaddi żmien, għalkemm mhux xi filmat ċar, Jade żgur ħa tgħożżu mmens. Minħabba l-fatt li jfakkarha f'wieħed mill-akbar suċċessi ta' ħajjitha. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Jade aktar u aktar suċċessi kemm fil-karriera tal-imudellar u anke fil-ħajja personali tagħha.


Emil Calleja Bayliss