Pawla kienet mistiedna maċ-ċkejkna Nina fuq Sibtek flimkien ma' Ryan! Pawla tiddiskutu ma' Ryan il-karattru mill-isbaħ li għandha Nina u jidher li l-ftit żmien li ilha ma' Pawla, it-tifla qed tieħu mill-karattru ta' ommha!

Pawla tiddiskuti wkoll ir-reazzjoni mill-aqwa li kellhom il-ġenituri tagħha meta ltaqgħu ma' Nina l-ewwel darba! Tgħid li qatt ma stenniet li tara lil missierha jkollu reazzjoni bħal dik! Pawla tistqarr li fil-familja tagħhom ma tantx hemm tfal, allura wieħed faċilment jista' jifhem li ċ-ċkejkna Nina kienet il-ġojjel li kien ilhom jistennew!

Pawla tgħid li tkellem lil Nina bil-Malti, kienet taf li kemm il-lingwa Maltija u kemm dik Ingliża kienu ħa jkunu ġodda għaliha allura ddeċidiet li tkellimha bil-Malti ħalli tibda tidra. Pawla tgħid li t-tnejn li huma kienu ffurtunati li sabu lil xulxin!

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss