Adrian Gusman kien wieħed mill-mistiedna ta' Sibtek mal-ħabiba tiegħu Allison. Hu jaqsam mat-telespettaturi l-aktar żmien diffiċli ta' ħajtu. Infatti fl-intervista jgħid li meta tilef l-ommu, kien ta' xokk għalih kbir għax fl-istess perjodu marad missieru. Hu jgħid li tista' tgħid f'temp ta' xahrejn spiċċa orfni.

"Jien kont persuna li ma kontx inħobb lili nnifsi" - Hu jitkellem dwar l-isfida li kellu sabiex jitlef il-piż. Hu jistqarr li bata sabiex biddel l-istatura tiegħu, imma l-aktar ħaġa importanti hi d-dixxiplina. Adrian jispiċċa fuq nota pożittiva fejn jistqarr li trid tkun iddixxiplinat fit-tajjeb fl-aħħar mill-aħħar sabiex tasal għal dak li tixtieq.

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss