Il-mudell u futboler, Neil Scerri kien wieħed mill-mistiedna ta' Sibtek fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Hu kien mistieden flimkien ma' missieru u fiha ddiskutew kif ħajjithom inbidlet meta ġiet nieqsa omm Neil.

"Meta ġiet nieqsa l-mummy għidt ħaġa... għidt il-ħajja trid tkompli ngħix ġurnata b'ġurnata" - hekk qal Neil waqt il-programm. Neil jgħid li hu jipprova jżomm pożittiv kemm jista' jkun u ħareġ ċajtier bħal missieru u għalkemm ikollu ġranet bid-dwejjaq, il-ħajja tkompli u jieħu gost li jgħin lil dawk li jkunu ħdejh iħossuhom tajjeb.

Jgħid li għalkemm kellu diżappunti, dawn id-diżappunti għenuh jikber u ma jiddispjaċih xejn. Kieku jkollu għażla, jerġa' jagħżel l-istess. Neil jiżvela li daqshekk ħa jieħu sehem f'kompetizzjonijiet tal-imudellar iżda żgur li mhux ħa jieqaf minn dan il-qasam.

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss