Ħafna jiftakru dan il-programm leġġer u ta’ divertiment li kien iżomm kumpanija lil bosta telespetatturi fl-istaġun tas-Sajf. Il-programm kien jixxandar fuq ONE TV, dak iż-żmien Super ONE u kellu preżentazzjoni ta’ Alfred Zammit, Veronica Farrugia u Joe Farrugia d-Dulli.

Dan il-programm kien fih numru ta’ sketches ħelwin li kienu jinżlu għasel mat-telespetatturi li kienu jkunu qed isegwu. Fis-sigla tal-programm naraw ukoll lit-trio jkanta, forsi l-akbar sorpriża kienet Alfred Zammit li probabilment kien għamel id-debutt tiegħu bħala kantant f’din is-sigla.

Veronica Farrugia, fl-istaġun li għadda ingħaqdet mat-tim ta’ Kalamita li għandu preżentazzjoni ta’ Alfred Zammit. Żgur mhux forsi li bil-filmat t’hawn fuq ħa ġġeddu ftit il-memorji ta’ dan il-programm. X’taħsbu li kieku xi ħaġa simili terġa’ tibda mill-ġdid?

YouTube


Emil Calleja Bayliss