F’filmat, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Onor. Chris Fearne żvela li Malta bħalissa hija l-ħames pajjiż fid-dinja bl-aktar ammont ta’ swab tests. “Il-kwart ta’ miljun swab test ifisser li għall-popolazzjoni tagħna ras imb’ras, Malta hija fost l-aqwa ħames pajjiżi fid-dinja li qed tagħmel swab tests tal-Coronavirus,” qal Onor. Fearne.

"Dan ifisser li nistgħu naqbdu kmieni dawk il-pazjenti li jkunu pożittivi, niżolawhom, u b’hekk ma nħallux kemm jista’ jkun li tinfirex fil-komunità il-Coronavirus… Biex dawn l-iswab tests kollha jkunu jistgħu jsiru, għandna katina kbira ta’ nies li qegħdin jaħdmu siegħat twal.”

Onor. Fearne spiċċa l-messaġġ tiegħu billi ħeġġeġ lil kulħadd biex iniżżel l-app CovidAlert Malta. Hu reġa’ enfasizza wkoll li n-nies jimxu mal-miżuri.

Facebook/Chris Fearne


Nicole Barbara