Eżatt wara l-aħbarijiet fuq TVM kull nhar t'Erbgħa ser naraw ir-ritorn ta' Mark Lawrence fl-iskeda bi programm ta' ġrajjiet kurrenti- sinjal li jurina diġa' li ħa jkun qed jikseb suċċess taħt it-tmexxija tiegħu.

Il-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa ser jinkludi anke ġurnaliżmu investigattiv kif jaf jagħmel Mark Lawrence. Ftit ilu għadu kif ħareġ l-ewwel filmat tal-promo għal dan il-programm però l-preżentatur ma qabilx ma' kull ma ntqal. Jissemma li Mark ser jaqtawlu xagħru!

"Lili ħadd ma qalli li ħa jkolli naqtagħha" kienu l-kummenti ta' Mark. Segwi aktar f'dan il-filmat u aġġorna ruħek dwar il-programm ta' Mark billi tagħfas LIKE fuq il-paġna uffiċjali.

Nawgurawlek Mark! Nittamaw li mhux se jkollok xi sorpriża ħelwa għal dan il-programm ġdid!


Kyle Zarb