Waqt AWLA tkellmet carer Rita Falzon Gouder, li tirrakkonta l-istorja ta' ommha li tbati bid-dimensja. Rita tispjega li mill-pandemija l'hawn bdew jaraw bosta sinjali li tawhom x'jaħsbu u eventwalment ħaduha għand speċjalista. Wara ħafna testijiet sabu li kellha d-dimensja.

Rita tgħid li kemm-il darba bdew jinnutawha ripetutament bdiet tinsa ċ-ċavetta tad-dar warajha meta tmur tixtri per eżempju. Komplew jinnutaw li kellha d-dimensja meta ommha ma bdietx tagħraf lil wieħed ħabib ta' oħtha, li fil-verità kienet tafu u kienu jmorru tajjeb flimkien.

"L-imġieba tagħha hi diffiċli ħafna, speċjalment miegħi li jien 24 siegħa magħha... tgħajjarni li jien nobogħda, u tgħid imma din ommi tgħajjarni dawn l-affarijiet, possibli?... id-dimensja dik li għandha kerha, li tbiddel lill-bniedem kompletament."

L-ispeċjalista kien kellem anke lil Rita u spjegalha li trid tidhra ma tieħux għaliha meta l-imġieba tagħha tkun diffiċli. 

"Meta tkellimt mal-ispeċjalista dwar dan, kien qalli, "Ħa ntik parir... inti trid tinbidel, mhux il-Mamà. Il-Mamà żgur mhux se tinbidel. Inti trid tinbidel billi trabbi qoxra, u li ma niħux għalija." Segwi hawn:


Kyle Zarb