Mario Galea kien wieħed mill-mistednin waqt Kuxjenza fejn tkellem dwar il-problemi ta' saħħa mentali, fosthom id-dipressjoni li kien għadda minnha hu wkoll. Mario jispjega kif kien imur jaħdem minn Mount Carmel u hemm isir l-uffiċċju tiegħu.

Kien jiltaqa' mal-pazjenti u mal-professjonisti, jara x'inhu jiġri u anke joffri l-għajnuna jekk hemm bżonn. "Jiena bdejt mill-ewwel dipressjoni, l-ewwel dipressjoni li kienet serja ħafna. Indunajt għax jiena kelli vantaġġ li infermier, u ndunajt mill-ewwel."

Isemmi meta mar biex jirriżenja minn Membru Parlamentari, iżda l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien m'aċċettahiex. Jispjega kif il-problemi tas-saħħa mentali hi xi ħaġa eżistenti u li qatt ma waqfet. 

"Jien dejjem inħobb ngħid immaġinaw festa fi pjazza tar-raħal... wieħed minn kull erba' persuna għaddej minn problemi ta' saħħa mentali... jekk mhux hu, l-familja tiegħu," jispjega. Jemmen li hawn ħafna nies li għadhom ibatu fis-skiet.

Mario jitkellem anke mill-esperjenza tiegħu fosthom is-sintomi li ħass u d-dwejjaq li għadda minnu. Segwi hawn taħt:


Kyle Zarb