Glen Ciantar magħruf aktar bħala Ragnar żgur li mhux wiċċ kompletament ġdid għal dawk kollha li jsegwu x-xena lokali. Ragnar barra li beda l-karriera tiegħu bħala mudell ta' 16-il sena, rajnieh ukoll f'numru ta' produzzjonijiet lokali bħal Il-Klikka, Strada Stretta, Ħbieb u Għedewwa u Ħobbni Ftit.

Ritratt: Facebook / Ragnar 

Barra minn hekk, mhux l-ewwel darba li rajnieh f'xi riklam jew ieħor. Ilbieraħ filgħodu Ragnar, xeħet filmat tiegħu mill-aktar kommoventi ta' meta ppropona lit-tfajla tiegħu Janice. Ragnar qal lil Gwida.mt li hu ħa l-opportunità li jipproponilha waqt il-ballu tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar li sar it-tnejn li għadda.

It-tfajla tidher emozzjonata u sorpriża, imma aċċettat il-proposta tiegħu- "Qalet IVA! Grazzi lil kull min kien involut. Hi qatt ma kienet qed tistennieha." Wieħed faċilment jista' jara l-ħarsa fuq wiċċ Janice fit-ritratt li xeħet fuq Facebook ukoll, fejn kiteb li l-ħarsa tgħid kollox! Aħna naqblu!

Ritratt: Facebook / Ragnar Ciantar

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Ragnar u lil Janice l-isbaħ xewqat, nawgurawlhom f'dan il-vjaġġ flimkien. Awguri mill-qalb!

Facebook / Ragnar Ciantar


Emil Calleja Bayliss