Clayton Zammit magħruf bħala ċ-Ċomba kien il-mistieden ta' Ryan u Josmar fuq il-programm Sibtek u Clayton waqt il-programm tkellem dwar it-telfa ta' missieru u wkoll semma' kif ħames snin qabel ġie nieqes missieru, ommu kienet għamlet ukoll seba' xhur ġewwa Londra tirċievi l-kura għal leukemia.

Clayton ma kienx jemmen li l-imħabba li wieħed jara fil-films teżisti, kien jemmen li hi biss xi ħaġa tal-films iżda jgħid li t-tfajla tiegħu għamlet sagrifiċċji kbar u jgħidilha, "grazzi talli dejjem sibtek." Hi tgħaddilu messaġġ mill-isbaħ permezz ta' filmat li ħejjiet u għaddietu lit-tim ta' Sibtek.

Charis persuna li vera tistħi, iżda għamlet il-kuraġġ u għamlet filmat ħelu! Mhux hekk biss, irċieva filmat ukoll miż-żewġt itfal ta' Charis u rnexxielhom iżommuha sorpriża!

YouTube / Sibtek


Emil Calleja Bayliss