Ittella' l-filmat tal-aħwa Bezzina; Gianluca, Dorothy, Vincienne, Samaria, Paul, Joseph u Francesca waqt Serataron meta ngħaqdu flimkien biex ikantaw 'Id-Dinja Tarantella'.

Din il-kanzunetta tfisser ħafna għall-familja Bezzina hekk kif oriġinarjament kien kantaha n-nannu tagħhom, il-mibki Gaetano Kanta. Fil-fatt kienet waħda mill-mistoqsijiet waqt l-isfidi tal-programm u ovvjament Gianluca kien pront qal ir-risposta t-tajba! Araw x'allegrija ħolqu bit-talent mill-isbaħ tagħhom!


Kyle Zarb