Wieħed mill-mistednin fuq il-programm televiżiv Sibtek kien l-istilista tax-xagħar Mauro Kitcher. Waqt l-intervista tiegħu hu spjega kif ommu bħalissa għaddejja mill-proċess tas-separazzjoni u waslet fil-fażi tal-aħħar.

“Kull min għadda minn separazzjoni jaf kemm hi expensive. X’ħin bdew jiftehemu sħabha biex imorru cruise kont naf li ommi ma kinitx finanzjarjament tajba kif kienet tkun qabel.”

Allura ddeċida li jiftiehem ma’ sħabha biex iħallas il-cruise lil ommu u jithulha bħala sorpriża. Mauro qal li “M’hemm xejn isbaħ milli nara lil mummy happy fl-aħħar mill-aħħar.”

Il-preżentatur Ryan jidher li ammirah sew għax qallu “huwa ġest ammirabbli ħafna… inti diġa jkollok l-ispejjeż tiegħek u l-ħajja tiegħek”. Kemm hu sabiħ li namlu xi tip ta’ ġest - hu kemm hu kbir jew żgħir.

Facebook/Mauro Kitcher


Nicole Barbara