Joe S. Grech jaqsam ma' Eileen Montesin l-istorja tal-grupp leġġenedarju Malti New Courey. Joe S. Grech jitkellem dwar il-bidu ta' dan il-grupp u jgħid li l-ewwel kanzunetta li ħarġu, bl-isem ta' Vjetnam ma tantx kienet niżlet tajjeb imma t-tieni waħda kienet il-famuża Bajja Tal-Mellieħa u warajha ġiet Bħal Daż-Żmien - żewġ kanzunetti li għadhom popolari sal-lum.

L-aħħar album ta' New Courey sar b'diffikultà kbira, Joe S. Grech jgħid li kien grazzi għas-sapport tal-mara tiegħu li dan l-album sar. Hu u Evelyn, il-mara ta' Sammy kienu jieħdu ħsieb l-iskeda u kollox. L-album bdew jaħdmu fuqu fis-sajf tas-sena ta' qabel, l-album ħareġ f'Settembru toħroġ u f'Novembru Sammy Bartolo jħalli din id-dinja.


Emil Calleja Bayliss