Il-kantant lokali Glen Vella kien wieħed mill-mistiedna tal-programm Prime Time ta' Owen Bonnici. Tul l-intervista, Owen staqsa lil Glen jekk hux vantaġġ jew żvataġġ il-fatt li hu jgħix fl-istess blokka flimkien ma' ħutu.

Glen jistqarr li għalih dan żgur li vantaġġ, bi tbissima fuq wiċċu jgħid li hu x-xewka tal-blokka, fis-sens it-tajjeb għax il-ħin kollu jħabbat jew biex jitlob xi ħaġa jew inkella sabiex jara kif inhuma.

Fatt kurjuż li Glen kien saħinsitra jrabbi l-ġrieden. Kellu tiġieġa, papra, fniek, qtates u anke l-ġrieden. Kien jitħassarhom meta kien immur jixtri l-ikel għall-annimali u spiċċa b'aktar minn 35 ġurdien.

Facebook / Owen Bonnici


Emil Calleja Bayliss