Fil-filmat qasir bħala parti minn PrimeTime Preview, Owen Bonnici jiltaqa' ma' Jamie Cardona. Jamie jistqarr li hu wieħed minn dawk li jibda jgħum kmieni. Din is-sena jidher li ddeċieda li jiftaħ l-istaġun pjuttost qabel iż-żmien.

Jamie jirrakkonta kif kien dam xi ftit biex jitgħallem jgħum, infatti anke jiftakar żmien fejn kien jgħum b'armband waħda - qabel ma tgħallem jgħum kompletament. Hu jiċċajta ftit li kien jifflotja b'naħa waħda ftit għola.

Peress li dam biex tgħallem jgħum, jidher li kien hemm bżonn sforz mill-familja kollha biex fl-aħħar jirnexxielu jgħum mingħajr ebda għajnuna. Ħafna drabi fil-familji Maltin, hija komuni li l-familjari jkunu l-ewwel nies jagħtu daqqa t'id sabiex it-tfal jitgħallmu jgħumu.

Insomma ara x'kellu xi jgħid aktar Jamie dwar meta kien għadu tfal fil-filmat t'hawn taħt!

Facebook / Jamie Cardona


Emil Calleja Bayliss