Waqt Ron De Vu kien mistieden l-attur veteran b'karriera twila, Narcy Calamatta. Narcy tkellem ma' Ron dwar diversi mumenti speċjali tul il-karriera fosthom id-diversi produzzjonijiet li ħadem fihom. Ta' min insemmu Wenzu u Rożi. li kien ħadem flimkien mal-mibkija Mary Rose Bonello.

Ron wera anke filmat qasir li juri xena minn Wenzu u Rożi. Jirrakkonta anke kif kienu jaħdmu dak iż-żmien, u kif kienu jinġibdu x-xeni b'mod professjonali. Fl-aħħar tal-intervista, Narcy jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rispett kontinwu lejn l-anzjani, hekk kif hu nnifsu jaħdem ukoll għall-ġid tagħhom.

"Ix-xjuħ rabbewna. Tinsewhomx weħidhom. Morru tuhom daqqa t'għajn ħames minuti kultant," jgħid Narcy. Ron jifraħ lil Narcy li flimkien ma' oħrajn fi ħdan il-proġett tal-Anzjanità Attiva. 

Segwi l-programm kollu HAWN


Kyle Zarb