Waqt XOW kienet mistiedna l-preżentatriċi ta' Liqourish Andrea Cassar, li rrakkuntat diversi avventuri u episodji li għaddiet minnhom madwar id-dinja. Ron flimkien mal-atturi mistiedna bdew idawwru l-globu u jieqfu f'xi kontinent, pajjiż jew oċean. 

Andrea tibda bl-Indja, fejn sfortunatament kienet ma tiflaħx, u ma tantx għandha memorja sabiħa ta' dawk il-mument. Madanakollu rnexxielha takwista libsa tat-tieġ mill-Indja u ħaditha magħha Malta. Esperjenza oħra tmur lejn l-Afrika, fejn waqt camping, rat Hyina kbira.

Issemmi wkoll l-inċident li kellha meta nqalbet bil-landrover. "Mhux xi ħaġa sabiħa," tkompli tispjega Andrea. Insiru nafu anke x'ġara fil-Brażil meta għmiet mad-dniefel roża, li hemm ċans li llum ġew estinti.

Tirrakkonta wkoll storja sabiħa immens u memorja prezzjuża fl-Oċean Paċifiku, fejn hi u r-raġel iċċelebraw il-qamar il-għasel. Segwi aktar hawn taħt:


Kyle Zarb