Dawn l-aħħar tliet snin lil Heinrich ma rajniehx. Qal għamel waqfa qasira minħabba kambjament ta' xogħol l-aktar imma issa jixtieq li jirritorna, jgħid li waqfa hi ftit tajba. Hu jgħid li l-friefet importanti ħafna u b'hekk ħass li kellu bżonn jieqaf għax ma kienx qed iħoss dawk il-friefet fl-istonku.

Heinrich kien wieħed mill-atturi li rajnieh fil-filmat mużikali ta' Coming Home, fejn kien wieħed mill-atturi fil-parti ta' suldat. Hu jgħid li kienet esperjenza differenti li jkun parti minn produzzjoni bħal din!

In-nies għadhom isemmulu s-sensiela Deċeduti u l-karattru ta' Tyrone. Isemmi li wieħed mill-aktar mumenti imbarazzanti kien meta kienu qed jiffilmjaw waqt Deċeduti u hu kien liebes ta' anġlu fejn jidher speċi jiżfen. Heinrich qal li ż-żfin żgur mhux il-forte tiegħu.

Hu jgħid li kemm ilu wieqaf, il-familja saret prijorità għalih u l-ħin liberu li jkollu jqattgħu mal-familja.

Tajjeb li nfakkru li l-programm X'Sar Minnhom? jixxandar fuq TVM kull nhar ta' Ħamis fl-22:05. 

TVM / X'Sar Minnhom


Emil Calleja Bayliss