Waqt Xarabank, Gordon tkellem dwar meta nfaqa' jidħak f'nofs il-funeral ta' missieru. Ir-raġuni kienet waħda li tidher banali, imma wieħed jista' jgħid li dak il-ħin il-persuna jkun għaddej minn tant emozzjonijiet u l-iċken ħaġa taf tkun suġġett għal emozzjonijiet kemxejn estremi.

Gordon kien infaqa' jidħak għax ra persuna li żeba' xagħaru iswed. Moħħ Gordon dak il-ħin beda jirraġuna li dan il-persuna mar jiżbogħ xagħaru għall-funeral ta' missieru. Dak il-ħin ma setax iżomm id-daħk.

Danusan ukoll jirrakuntaw meta nfaqgħu jidħku f'mument sejru, tant li spiċċaw kellhom jitilqu minn fejn kienu imma malajr irċevew telefonata għax kienu ħallew il-laptops warajhom. Ara x'kellhom xi jgħidu dwar dan.

Facebook / Gordon Bonello


Emil Calleja Bayliss