Fil-jiem li għaddew, ġie mħabbar li tlesta l-parkeġġ tal-Għadira. Parkeġġ li dawk li jmorru f'din il-bajja pittoreska f'pajjiżna ħa jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu. Dan żgur ħa jtaffi xi ftit il-problema ta' parkeġġ f'din iż-żona, speċjalment fix-xhur sħan tas-sajf.

Jidher li sewwieq partikolari deherlu li jagħmel użu minn dan il-parkeġġ ġdid b'mod differenti. Dan billi joqgħod idur f'dan il-parkeġġ b'veloċità qawwija mmens. Il-karozza tat-tip BMW tidher iddur u ssuq b'mod kemxejn perikoluż f'dan il-parkeġġ vojt.

X'taħsbu minn dan l-aġir?

@saidways

Putting the King in parKING 🤣😂 ##driftok ##saidways ##drift ##foryoupage ##hoon ###118d ##mellieha ##touge ##fyp ##bmw ##hoonigan

♬ Get Low - Dillon Francis & DJ Snake

TikTok / saidways


Emil Calleja Bayliss