Dawn it-tnejn ħelwin wisq, il-ħbiberija tagħhom hi ferm speċjali u ħafna drabi jkunu fil-kumpanija ta' xulxin. Jiċċajtaw, jiċċaċraw u jiddevertu bħal ħafna żgħażagħ oħra wara kollox. Żmien it-tgawdija hekk jew b'hekk.

Għalkemm igawdu t-tnejn li huma ġmielhom jaħdmu fuq materjal mużikali ġdid, Gaia rajnieha fl-Isle of MTV tkanta l-kanzunetta l-ġdida filwaqt li Kevin Paul ġmielu jiddomina l-klassifiċi lokali bl-aħħar single tiegħu IDWK.

Fuq il-midja soċjali lbieraħ iż-żewġ artisti bdew jirrispondu ħafna mill-mistoqsijiet li jagħmlulhom bosta... jekk hux joħorġu flimkien, jekk jiddejqux ikantaw flimkien, jekk jgħidux lil kulħadd kollox... insomma wieġbu b'iva jew le u t-tnejn li huma qablu!

Imma... l-aħħar mistoqsija kienet jekk qalux il-verità jew le... Kevin ħareġ jipponta subgħajh u Gaia għattiet wiċċa. Insomma x'taħseb int li qalu l-verità kollha jew le? Iħobbu jinku lis-segwaċi tagħhom dawn it-tnejn!

Ritratt: Facebook / The Thirsty Lawyer

La ħbieb kbar... nimmaġinaw li jħobbu jkantaw flimkien, ġejjin jgħidu li le x'kull waħda! Insomma jivvintawhom! Dejjem b'xi waħda ġdida! Insomma aħna nawgurawlhom iżommu l-ħbiberija tagħhom ħajja u nixtiqulhom ħafna aktar suċċessi fil-karrieri mużikali tagħhom.  

Facebook / Billy's Sports Bar & Kitchen 


Emil Calleja Bayliss