Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm televiżiv Family Affair għadu kif ittella’ filmat fejn ġie żvelat li l-programm mhux se jibqa’ jixxandar kuljum bħal ma kien qabel.

“Din id-darba se nibdew inkunu magħkom nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd fl-4:30pm,” tinstema tgħid Eileen Montesin.

Family Affair se jerġa’ jkun magħna mis-Sibt 3 t’Ottubru fuq NET, fejn affarijiet bħall-isports, id-djarju u tifkiriet mużikali kollha se jkunu inklużi.

Facebook/Family Affair


Nicole Barbara