Michelle Rausi, omm il-mudella maħbuba Francesca, lbieraħ ħabbret li bintha ser tkun qed tiddebutta bl-irwol tagħha ta' attriċi. Dan kollu waqt is-sensiela Dell Minsi.

Michelle kitbet il-ferħ u s-sodisfazzjon tagħha li tara lil bintha twettaq il-ħolm tagħha. "Għandi eċitament kbir biex naraha. Min qatt kien jgħidli meta twieldet x'determinazzjoni ħa jkollha. Taħdem ħafna għal dak li tkun trid u tibqa' tipprova sakemm tasal. Fran, jien dejjem ħdejk biex narak twettaq il-ħolm tiegħek inħobbuk ħafna."

Ftit wara Michelle esprimiet kemm hi kburija b'Francesca u xerrdet ix-xena fejn dehret bintha, u anke kellha xi linji xi tgħid. Prosit Francesca u ibqa' wettaq il-ħolm tiegħek. Bravissima!


Kyle Zarb