Angie waqt Noli ddeċidiet li flimkien ma' Neville tagħmel ċajta lil Corazon. Angie talbet lil Neville jċempel lil Corazon biex jgħidilha li daħal spettaklu kbir u dan l-ispettaklu ħa jħallsuhom sewwa. L-unika ħaġa li għal dan il-kunċert kien se jkollhom ikantaw kanzunetti differenti u jilbsu kostumi li mhux imdorrijin jilbsu ssoltu.

Corazon baqgħet kalma u bdiet tistaqsi lil Neville għal aktar dettalji! Neville aktar ma jitkellem magħha, donnu beda jbiddel fehmtu u ma kienx daqshekk ċert li ħa jagħmel dan l-ispettaklu. Corazon qaltlu sabiex jaraw l-affarijiet u jitkellmu mal-organizzaturi u jimxu minn hemm.

Iktar kienet inkwetata li l-kanzunetti li għażlu u l-kostumi li kienu qed jitolbuhom jilbsu ma għadhomx daqshekk moda u jekk hu xi spettaklu għat-tfal dawn mhux ħa jieħdu gost bih, milli l-fatt li kellha tilbes dawn il-kostumi u tkanta dawn il-kanzunetti.

Insomma donnha emmnet kollox u ma ndunatx li kienet ċajta minn Angie u Neville. Angie ma felħitx aktar u qalet lil Neville jgħidilha li kienet ċajta. Timmaġinaw lil Neville u lil Corazon ikantaw dawk il-kanzunetti?

Matthew Cutajar


Emil Calleja Bayliss