Bħala Captain America u mexxej tal-Avengers, Chris Evans jaf jagħraf super eroj fil-ħajja reali meta jara wieħed. L-attur riċentement bagħat messaġġ ħelu b'filmat lil tifel ċkejken li salva lil oħtu minn attakk tal-klieb. Evans wiegħed liċ-ċkejken tarka uffiċjali ta' Captain America għall-att kuraġġuż tiegħu.

View this post on Instagram

There are no words. We are so, so thankful.

A post shared by Nikki Walker (@nicolenoelwalker) on

"Ħabib, int eroj, dak li għamilt kien kuraġġuż - oħtok hija daqshekk xxurtjata li jkollha lilek bħala ħuha l-kbir. Il-ġenituri tiegħek għandhom ikunu tant kburin bikom," qal Evans f'messaġġ lit-tifel ta' sitt snin. Iz-zija ta' Bridger li għamlet kuntatt mat-tim ta' Avengers qasmet dan il-filmat fuq il-midja soċjali.

Facebook / Chris Evans


Emil Calleja Bayliss