Iż-żeffiena u koreografa Maltija Cheryl Lofreda ta’ Concept of Movement, kienet parti minn vidjow għal żifna li saret għad-diska ‘Madonna’ ta’ Apache 207 u Bausa.

Dan il-vidjow idderiġewh u ħolquh Mecnun Giasar flimkien mad-direttur tal-films Henry Schofield. Natalie Gilmore li ħadmet ma’ artisti ta’ fama internazzjonali bħal Jason Derulo, Ariana Grande u Justin Timberlake kellha wkoll sehem f’dan kollu.

Cheryl Lofreda qalet li din l-esperjenza ma kinitx mistennija u kienet irċiviet telefonata mingħand Mecnun Giasar fejn dan spjegala kollox u qalilha wkoll dwar l-importanza ta’ dan il-vidjow, li hija l-‘Women Empowerment’.

Fuq il-profil tagħha, Cheryl qalet “Waqt din il-pandemija kelli ċ-ċans nitla’ naħdem ma’ artisti barranin” u xerrdet il-filmat taż-żifna.

Aħna ta’ Gwida.mt nifirħu lil Cheryl għas-sehem tagħha f’dan il-vidjow u nawgurawlha iżjed success fil-karriera tagħha.

Facebook / Cheryl Lofreda


Henzley  Bezzina