L-istazzjon BBC skuża ruħu wara li waqt l-aħbarijiet deher messaġġ li jgħid “Manchester United huma żibel”.

Il-kliem tfaċċa bi żball fuq it-ticker tal-aħbarijiet fil-qiegħ tal-iskrin waqt aġġornament tat-tennis eżatt wara d-09:30 ta' dalgħodu. Aktar tard filgħodu, il-preżentatriċi Annita Mcveigh skużat ruħha mal-partitarji ta’ Manchester United li setgħu ġew offiżi.

Hija qalet li l-iżball kien seħħ hekk kif xi ħadd kien qed jitgħallem kif iħaddem it-ticker u kien qed “jikteb affarijiet każwali”. Messaġġ ieħor li deher fuq it-ticker rigward it-temp ukoll kien juri dan, li min qed jikteb għadu fil-bidu.


Kyle Zarb