Għaddew 22 sena minn mindu Debbie Scerri rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision bil-kanzunetta Let Me Fly. Din is-sena t-tifla tagħha Nicole ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta f'Miss World. Debbie tistqarr fuq Sibtek li anke hi kienet ħadet sehem fi beauty contest meta kienet għadha żgħira. "Dak iż-żmien kien xi modelling contest imma kont għadni laqnas inkanta jiġifieri. Kont jien qed nesperimenta  x’nista’ nagħmel".

Lit0tifla tagħha tgħidilha... "L-importanti li tmur hemm, tieħu pjaċir. Naf li inti qed taħdem ħafna u ser tkun preparata m’għandiex dubju. Aħna ser inkun qegħdin hemm nissaportjawk. Ir-riżultat irrelevanti jien dejjem ngħida din. Ngħida lil kulħadd f’kull forma ta’ kompetizzjoni. l-importanti meta tkun qed tħares lura inti tħoss ċertu sodisfazzjon u tgħid dik kienet parti mill-esperjenza ta’ ħajti li għalmitni". 

Kien hawnhekk fejn Debbie rregalat ġiżirana lil Nicole ... "Jien nixtieq ngħaddilek din il-ġiżirana li kien tajili il-papa' biex teħodha miegħek biex aħna nkunu miegħek". Araw dan il-mument hawn: 


Anthony Baldacchino