L-MEP Miriam Dalli ħalliet post tassew ħelu fuq il-mezzi soċjali tagħha sabiex tawgura lil ommha f'għeluq sninha. Hi tgħid li din is-sena, dan hu jum differenti minn tas-soltu u bħan-nanniet kollha bħalissa żgur li qed timmissja lil Jack u Kane, it-tfal ta' Miriam.

Hi tgħid li din tista' taraha f'għajnejha kull darba li jċemplu lil xulxin. Miriam tieħu spunt sabiex isellem lin-nanniet kollha li bħalissa bħal ommha, qed jimmisjaw lin-neputijiet tagħhom. Hi tappellalhom sabiex jibqgħu b'saħħithom u siguri f'dawn iż-żminijiet.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil omm Miriam l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u nittamaw li bħal ħafna ma ddumx sabiex tingħaqad man-neputijiet għeżież tagħha.


Emil Calleja Bayliss