Bernardette tixtieq issib kura għal kanċer u bħalissa qed tistudja sabiex twettaq din il-ħolma tagħha. Hi għażlet il-kanzunetta Rise Up, risposta għal dawk il-bullies kollha li kellha f'ħajjitha. Mitlufa fil-kanzunetta Bernardette tieqaf...

Il-ġurija tgħinha sabiex tkompli... Bernardette tibda mill-bidu u mhux talli tkompli talli l-ġurija jgħidulha IVA kollha! Hi tidher emozzjonata ferm fl-aħħar tal-filmat tal-audition tagħha imma ċertament li ħalliet impressjoni tajba, infatti Ira faħħret l-arja li għandha fil-vuċi tagħha speċjalment fin-noti l-baxxi. 

Min jaf sa fejn ħa tasal l-avventura ta' Bernardette? Inkomplu nsegwu l-vjaġġ tagħha fil-ġimgħat li ġejjin! Awguri għaż-żewġ ħolmiet tiegħek! 


Emil Calleja Bayliss