Attività b'differenza. Reġjun Tramuntana jħabbar Baqgħu Sakemm Sallbuh nhar il-Ħamis ix-Xirka. Wieħed se jkun jista' jiltaqa' ma' diversi atturi, suldati Rumani, kostumi, mużika, baned, dwal, fjakkli, proġezzjoni u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Ġimgħa l-Kbira.

Dan kollu se jsir f’atmosfera li se tinħoloq ġewwa l-ġnien fil-Mosta. Wieħed għandu jippjana dan il-lejl qaddis u jżur dak kollu li hemm preparat. Jekk wieħed jagħmel pjan sew, int tista’ anke żżur il-parroċċi fil-viċin għall-viżti marbuta ma’ dan il-lejl.

Huma anke qasmu ritratt fejn kitbu, "Dan is-salib (bi projezzjoni) se jkun attrazzjoni partikolari li se jiġbed l-għajn minn Burmarrad, direzzjoni lejn il-Mosta."

Ir-rappreżentazzjoni ħa jkunu fis-18:00, fis-19:00, fit-20:00 u fid-21:00.


Gwida.mt