Il-kumpanija Michael Attard Ltd. ħabbru l-mewt ta’ Silvan Zammit u ma kellhom xejn ħlief tifħir għalih u x-xogħol tiegħu għall-kumpanija.

“B’niket inħabbru l-mewt ta’ Silvan Zammit,” huma ħabbru. “Silvan kien membru strumentali tal-istaff ta' Michael Attard Ltd sa mill-adoloxxenza tiegħu sal-ġimgħa li għaddiet, fejn ħadem bis-sħiħ fid-Dipartiment tal-Ispare Parts tagħna, b'rispett u bl-aħjar mod possibbli.”

“Qatt mhu se jintesa minna lkoll, sħabu l-ħaddiema u żgur mill-klijenti tagħna li stinka biex jaqdi b’mod impekkabbli. Il-memorja ta’ Silvan u dik ta’ ħuh Franġisku tibqa’ dejjem qrib qalbna u ta’ dawk il-ħafna qlub li missew.”

“Il-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu, il-maħbuba tiegħu u liż-żewġt itfal tiegħu li tant kienu għal qalbu u b’mod speċjali lil ħuh u kollega tagħna, Ronald. Jekk jogħġbokom żommuhom fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom.”

Facebook/Michael Attard Ltd


Bernard Xuereb