B’ħajr lejn il-kumitat tal-Għanja Tal-Poplu, qed inwasslulkom il-kanzunetti li ħa jkunu qed jipparteċipaw fil-festival ta’ din is-sena. Is-sittax-il finalist ġew imħabbra ftit tal-ġimgħat ilu u l-festival ħa jittella’ fi Pjazza Teatru Rjal fil-31 ta’ Awwissu. Din is-sena l-kumitat irċieva ’il fuq minn 100 kanzunetta u hawn għandna s-sittax li waslu fil-fażi finali.

Kull kanzunetta ħa tkun akkumpanjata mill-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown. L-ordni ta’ kif kull kanzunetta ħa titkanta ġiet stabbilità waqt it-tnedija ta’ dan il-festival li saret ġewwa Villa Bighi fil-Kalkara, wieħed mis-siti ta’ Heritage Malta li din is-sena ħa jkun qed jissaportja lil dan il-festival. Dawn huma l-kanzunetti tal-Għanja tal-Poplu fl-ordni ta’ kif ħa jiġu preżentati.

1. Fil-Klassi ta’ Ishmael Grech

2. Jekk Tafx Min Jien ta’ Nedved Galea

3. Bejn L-Erba’ Ħitan ta’ Kayley Cuschieri

4. Id-Ditta Tal-Ġlekk ta’ Joseph Refalo

5. Ħallini Ngħix ta’ Jade Vella

6. Għadu Mhux Il-Waqt ta’ Janice Mangion

7. Din Għalik ta’ Francesca Zammit

8. Pjazza Ġdida ta’ Mark Cachia

9. Misraħ Ġawhra ta’ Dorcas DeBono

10. Fil-Ħoġor Tat-Tieqa ta’ Ruth Portelli

11. Mhux Li Kien ta’ Justine Bezzina

12. Dawl Għajnejja ta’ Fabrizio Faniello

13. Tfewwaħ ta’ Cherylis

14. Minn Kajfas Għal Għand Pilatu ta’ Rachel Lowell

15. Vuċijiet ta’ Maria Spiteri

16. Il-Verità ta’ Philip Vella

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, fil-kartolini se jkunu qed jintużaw siti ta’ Heritage Malta, Ryan Vella għan-nom ta’ Heritage Malta spjega li “bħalma l-istorja ta’ pajjiżna evolviet sabiex tatna identitá, daqstant ieħor l-ilsien Malti evolva matul is-sekli u kien espress b’modi diversi fosthom għanjiet u kanzunetti bil-Malti biex illun huwa parti mill-wirt intanġibbli li jrid jiġi mħares u mitkellem’’.

Il-kantanti ta' din is-sena ħa jkunu qed jagħmlu l-promozzjoni tagħhom fuq Kliem u Kant fuq Radju Malta ma' Tony Micallef, ONE Weekend fuq ONE Radio ma' Daniel Falzon Mallia u wkoll fuq ONE TV fil-programm ta' kuljum ta' Wayne Aquilina, Espresso. B'hekk is-semmiegħa u t-telespettaturi jkollhom iċ-ċans isiru familjari ma' dawn il-kanzunetti.  

Kull min hu interessat li jattendi jista’ jagħmel dan billi jixtri l-biljett minn fuq kultura.mt jew billi jafgħas hawn. F’isem Gwida.mt nifirħu l-kantanti, il-kompożituri u l-awturi finalisti fil-festival ta’ din is-sena. Nħeġġuhom li jkomplu jagħmlu l-għan tagħhom sabiex il-kanzunetta Maltija tkompli timraħ u tikber inkluż mal-ġenerazzjonijiet futuri.


Luke Borg