Mark Scerri minn Southville Dancers ilbieraħ ħareġ filmat verament mill-aqwa. Filmat li jinkorpura l-arti taż-żfin imħallta mal-mużika li jħallu effett viżiv b'saħħtu ferm. Aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Mark u saqsejnieh minn fejn nibtet din l-idea.

"Mela bħala idea ilni naħseb ħafna fuq xi ħaġa li nista' nagħmel biż-żfin li fl-istess ħin twassal messaġġ ta' kuraġġ għal min jaħseb li huwa vulnerabbli u li ma jistax jasal fejn jixtieq. L-ewwel pass kien li ridt il-produzzjoni kollha tkun Maltija, kemm bħala kantanta, iffilmjar, muntaġġ, atturi u anke min għamel l-effetti u min ħadem magħna fl-istudio."

"L-unika ħaġa li hemm mhiex Maltija huma l-ħwejjeġ li pprovdihomlna ħabib żeffin tagħna mis-Slovenja li għandu motivational page ukoll li jisimha Im possible. Bħala storja l-idea ħarġet minm esperjenza tiegħi stess li meta kont żgħir, kont sejjer id-dar nifraħ bil-craft li konna għamilna l-iskola għal jum il-missier."

"Kienu daruni tnejn mill-iskola tiegħi stess u qattgħuhieli u ġabuha biċċiet. Wara li tkellimt ma' Dana il-messaġġ ridt inwassal mill-ewwel fehmitni u ħarġet bi kliem u mużika eżatt kif xtaqt jien. Prattikament kif kellna il-kanzunetta f'idejna bdejna niġbdu u nagħqdu l-biċċiet li kellna f'moħħna biex naraw li jikkumplimentaw eżatt il-kliem tal-kanzunetta.

Fil-ħajja xejn mhu impossibli, jekk wieħed jaħdem għall-ħolm tiegħu jasal ukoll avolja matul it-triq wieħed taf isib min jipprova jwaqqfu! Prosit Mark, idea mill-isbaħ! Nisperaw li dan il-messaġġ ikompli jinxtered!


Emil Calleja Bayliss