"Ma nistax nemmen dan! Verament Ma kontx persuna reliġjuża ħafna qabel ma bdiet din is-sitwazzjoni kollha tal-ALS. Madankollu minn dakinhar, ġraw avvenimenti inkredibbli."

Bjorn ikompli jgħid: "Illum kienet il-50 ġurnata minn meta bdejt uġigħ qawwi fil-kliewi. Saħansitra kont l-isptar għal 14-il jum u mibgħut lura d-dar għax l-operazzjoni kienet riskjuża wisq."

"Jien kont għadni b'uġigħ qawwi dawn il-jiem li għaddew u dalgħodu kelli skedat l-aħħar scan qabel nidħol nagħmel operazzjoni mhux mixtieqa u riskjuża ħafna."

"Madankollu, tant kont għajjien, li ma stajtx inqum għall-isptar. Mumenti wara għaddejt ġebla enormi fis-sodda tiegħi u Inċidentalment illum qegħdin inneħħu l-ewwel ġebel mill-Newer & Big DAR Bjorn!"

Dan kien kliem Bjorn ilbieraħ filgħodu u aħna ta' Gwida.mt kellna ċ-ċans niltaqgħu miegħu lbieraħ wara nofsinhar. Kellna ċ-ċans li nżuru l-bidu ta' dal-proġett li Bjorn ilu tant u tant jaħdem għalih.

Il-proġett ġewwa Ħaż-Żebbuġ li issa b'mod uffiċjal bdiet il-ħidma fuqu. Kif wieħed jista' jara mir-ritratti u anke fil-filmat hemm ħafna u ħafna xogħol xi jsir.

Bjorn għal darb'oħra jappella n-nies sabiex ikunu ġenerużi waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank fil-25 ta' Ottubru fejn se jkunu qed jinġabru fondi b'risq Dar Bjorn, dar aktar moderna u akbar.

Bħalissa wieħed jista' jagħmel id-donazzjoni tiegħu fuq b'SMS fuq 5061 8936 għal donazzjoni ta' €6.99 jew jibgħar donazzjoni permezzz ta' Revolut fuq +356 7920 9420.


Emil Calleja Bayliss