Sfortunatament ħarġet l-aħbar kerha li ħallietna Rezmanelle Fenech f’età tant żgħira. B’dedikazzjoni, il-Kulleġġ tas-Sekondarja St.Tereża, fejn Fenech kienet tattendi skola, kitbu post bi kliem ta’ tifħir u anke ritratti tagħha tieħu ċertifikat.

“B’dispjaċir inħabbru t-telfa tal-eks studenta tagħna Rezmanelle Fenech, studenta eżemplari li dejjem kont tarah bi tbissima fuq wiċċha. Aħbar li ħasditna,” huma kitbu.

“Agħtiha O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u qraba ta’ Rezmanelle.

Facebook/St. Theresa College Secondary School Mrieħel


Bernard Xuereb