Il-kantanta lokali Nichole Hammett xerrdet messaġġ mill-qalb u ritratt ma' persuna li qed tħarisha mill-ġenna kuljum, l-għażiża nanna tagħha. Nicole tindirizza lilha fejn tistqarr kemm tħoss in-nuqqas tagħha u tant tħobbha.

"Bħal lum erba' snin ilu, tlift biċċa kbira minn ħajti. In-nuqqas tiegħek inħossu wisq. Kemm nixtieq narak tal-aħħar u nerġa' nisma' leħnek tgħidli “in-nicole” Kemm nixtieq li kellek iċ-ċans tiltaqa' ma' Raoul għax ċerta li kieku sirt tafu kont tħobbu."

Nicole tistqarr li minkejja mhux faċli li tittaffa l-weġgħa tal-firda minn ma' nannitha. Tiktbilha li tixtieq li tibqa' tagħmilha kburija b'dak kollu li tagħmel fil-karriera u f'ħajjitha inġenerali.

"Ħafna nies jgħidu li ż-żmien itaffi l-uġigħ, mhux il-kas għax kuljum naħseb fik u iktar ma jgħaddi żmien iktar nimmisjak. Nispera li qed nagħmlek kburija bil-passi li qed nagħmel."

Kuraġġ Nicole, lilek u lill-familjari kollha.


Kyle Zarb