Il-kompożitur magħruf lokalment Elton Zarb illum qiegħed jiċċelebra għeluq snin bintu Amy.  Amy ngħaqdet mal-familja Zarb Cocks f'Marzu tal-2022 wara vjaġġ li dam 3 snin u li x'aktarx ma kien faċli xejn, iżda b'riżultat sodisfaċenti!

Illum fuq Facebook, qasam ritratt magħha, u kiteb "Awguri għażiża binti.  Int beriktna bi kważi sentejn ta' ferħ. Amy aħna nħobbuk ħafna."

Kemm hi sabiħa l-għaqda u l-imħabba bejn il-ġenituri u l-ulied.  Awguri, ċkejkna Amy - il-preżenza tiegħek iġġib ħafna ferħ!


Marija Bellia