Fost il-ħafna scams li qed jintbagħtu, issa qed jintbgħat ieħor b’messaġġ fejn jgħidlek biex tafas fuq link sabiex tikseb il-passaport tal-vaċċin. Din il-link jidher li tieħdok f’post fejn tkun trid iddaħħal id-dettalji bankarji tiegħek.

Huwa importanti li ħadd ma jagħti kas ta’ dan u ħadd m’għandu jagħti d-dettalji tal-kont bankarju tiegħu. Il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li dawn m’huma qatt ser jitolbu għad-dettalji tal-bank u li l-ċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa mingħajr ħlas.

Importanti li xxerdu din l-aħbar sabiex ħadd ma jaqa’ għal dan l-iscam.


Henzley  Bezzina