Glen Vella ilu snin fix-xena mużikali tant li apparti ħa sehem f’bosta festivals lokali, ħa sehem ukoll f'numru ta' festivals internazzjonali inkluż il-Eurovision fl-2011.

Festival minnhom kien il-Golden Stag fir-Rumanija fejn rebaħ il-premju tal-ġurija.

Fleur Balzan kienet l-awtriċi tal-kliem tal-kanzunetta li kanta Glenn bl-isem ta’ All I Am fuq mużika ta' Paul Giordimaina.

Fuq post li tellgħet biex tfakkar din il-memorja ta’ għaxar snin ilu, Fleur ddedikat din il-kanzunetta lill-għeżież ġenituri tagħha li qalet li dejjem kienu s-sosten ewlieni ta’ ħajjitha.

Isimgħu din il-kanzunetta u araw kemm inbidel Glen.

Ritratti: Fleur Balzan/ Facebook


Clifford Galea