Idea ġenjali! Rosemarie Abela, disinjattriċi Maltija li bil-mod il-mod qed tagħmel isem fix-xena lokali ħarġet b'dublett li jista' jintlibes bi tliet modi. Ngħiduha kif inhi idea tajba mmens għax b'dublett wieħed faċilment toħloq tliet tibdiliet.

Ritratt: Facebook / Kylie Coleiro

Il-kantanta Kylie Coleiro xeħtet erba' ritratti b'dan id-dublett u kitbet: "Jista' jintlibes fi tliet modi differenti - qasir, fin-nofs u twil. Grazzi Rosemarie Abela għal din il-kreazzjoni tiegħek!".

Milli jidher Kylie kuntenta mmens b'din il-kreazzjoni għax użatu f'okkażjoni speċjali. Aħna nistqarru li għoġbitna l-idea! Intom x'taħsbu? Idea tajba jew le?

Facebook / Rose Marie Abela


Emil Calleja Bayliss