Dan iż-żmien tal-Milied se jittella’ spettaklu kummiedja tal-Milied għat-tfal bl-isem ta’ Apocalysmas. Dan se jkun spettaklu interattiv fejn kull individwu jista’ jagħzel avventura unika li tgawdiha l-familja kollha!

It-tema hija ta’ storja fejn il-familja fl-ispettaklu interattiv għandha l-kompitu li ssalva l-Milied.

Din se tkun qed issir fis-sala ta’ San Duminku taħt il-Bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.

F’dan l-ispettaklu se jieħdu sehem ukoll Sean Briffa, Joe Depasquale, Angele Galea, Jeremy Grech, Anton Saliba u Joseph Zammit.

Facebook/Angele Galea


Bernard Xuereb